Sunday, May 5, 2024

Jallega li raġel ta’ karnaġġjon skur żammu filwaqt li ħatfulu lil ibnu f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar rapport ta’ ħtif ta’ tifel ta’ sentejn u nofs minn tas-Sliema.

Permezz ta’ kitba fuq Facebook, il-missier Nicolas Levenstein allega li ibnu nħataf minn ommu Anna Lyudinovskova u raġel ta’ karnaġġjon skur.

Hu appella għal kull min għandu informazzjoni dwar dan biex jgħaddiha lilu filwaqt li qal li hu għamel rapport lill-Pulizija ta’ Tas-Sliema dar il-każ.

Fuq Facebook hu poġġa wkoll filmat qasir li juri persuni li allegatament kellhom x’jaqsmu mal-ħtif tat-tifel fejn saħansitra allega li r-raġel żammu filwaqt li l-mara ħatfet lit-tifel.

Sport