0
2

RANDAL KOLO MUANI – Tottenham għamlu offerta għall-internazzjonali Franċiż, Randal Kolo Muani, 27 sena, li qatta’ żmien b’self magħhom fl-istaġun li għadda, iżda Juventus, li lagħab għalihom ukoll, jibqgħu favoriti biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Paris St-Germain.

CHRISTOS TZOLIS – Arsenal huma lesti li jiffinalizzaw trasferiment ta’ £35 miljun għall-winger ta’ Club Brugge u l-Greċja, Christos Tzolis, 24 sena.

KARIM ADEYEMI u MARCUS RASHFORD – Barcelona fetħu taħditiet ma’ Borussia Dortmund dwar l-iffirmar tal-winger Ġermaniż, Karim Adeyemi, 24 sena, u dan iqajjem aktar mistoqsijiet dwar iċ-ċansijiet tal-attakkant tal-Ingilterra, Marcus Rashford, 28 sena, li jirritorna fin-Nou Camp wara s-self tiegħu.

MANU KONE – Manchester United qed jippreparaw biex jagħmlu pass għall-midfielder Franċiż, Manu Kone, 25 sena, li huwa ħerqan li jittestja lilu nnifsu fil-Premier League, waqt li Juventus ikunu lesti li jbigħu l-player ta’ 25 sena għall-prezz it-tajjeb.

AYYOUB BOUADDI – Liverpool u Arsenal huma t-   tnejn lesti b’riluttanza li jsellfu lill-midfielder Marokkin, Ayyoub Bouaddi, 18-il sena, lura lil Lille jekk jiffirmawh dan is-sajf, peress li l-club Franċiż irid iżomm lil dan il-player għal staġun ieħor.

MASON GREENWOOD – L-attakkant Ingliż, Mason Greenwood, 24 sena, jinsab qrib li jingħaqad ma’ Fenerbahce, bil-club Tork iressaq offerti kemm lil Marseille kif ukoll lir-rappreżentanti tal-player.

SHEA CHARLES – Crystal Palace u Fulham jistgħu jiċċaqilqu għall-midfielder ta’ Southampton mill-Irlanda ta’ Fuq, Shea Charles, 22 sena, wara li Leeds United fal­lew b’żewġ offerti.

AURELIEN TCHOUAMENI – Il-mira ta’ Manchester United, Aurelien Tchouameni, 26 sena, ikkommetta l-futur tiegħu ma’ Real Madrid, bil-midfielder Franċiż lest li jestendi l-kuntratt tiegħu għal ħames snin. Real irrifju­taw li jikkunsidraw l-avviċinamenti tal-United.

GIVAIRO READ – Nottingham Forest tkellmu ma’ Feye­noord dwar id-difensur lemini tal-Olanda taħt il-21 sena, Givairo Read, 20 sena, li qiegħed ukoll fuq ir-radar ta’ Manchester City.

LUCAS PERRI u AARON RAMSDALE – Il-goalkeeper Brażiljan ta’ Leeds United, Lucas Perri, 28 sena, u l-goalkeeper ta’ Southampton u l-Ingilterra, Aaron Ramsdale, 28 sena, qed jattiraw interess b’self mill-club tas-Serie A, Torino.

CURTIS JONES – Il-midfielder tal-Ingilterra, Curtis Jones, 25 sena, jista’ jibqa’ ma’ Liverpool hekk kif mhuwiex lest li jingħaqad ma’ Nottingham Forest, filwaqt li Inter mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-prezz mitlub għalih.

OUSMANE DIABATE – Brentford u Tottenham huma interessati fil-midfielder difensiv tal-Guinea, Ousmane Diabate, ta’ 18-il sena, u jemmnu li jistgħu jiffirmawh mingħand il-club Tork, Genclerbirligi, għal madwar £3 miljun flimkien ma’ bonuses oħra.

AURELE AMENDA – Coventry City mistennija jiffirmaw lid-difensur Svizzeru, Aurele Amenda, 22 sena, mingħand Eintracht Frankfurt fi ftehim ta’ £17-il miljun.

EMILIANO MARTINEZ – Aston Villa huma mistennija li jżommu sod fuq il-goalkeeper tal-Arġentina, Emiliano Martinez, 33 sena, fost interess kontinwu fil-player ġej minn Juventus.

EMERSONN – Ipswich Town, li għadhom kif ġew promossi fil-Premier League, iridu jiksbu l-akkwist rekord tal-attakkant Brażiljan, Emersonn, 21 sena, mingħand Toulouse.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here