Friday, August 21, 2026
0
38

TIJJANI REIJNDERS – Il-midfielder internazzjonali Olandiż, Tijjani Reijnders, 28 sena, temm trasferiment ta’ £52 miljun mal-club Sawdi, Al-Qadsiah, mingħand Manchester City, sena wara li xtrawh £46.5 miljuni mingħand Milan, iżda tħabat biex jagħmel impatt. Huwa għamel 50 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għas-City, fejn skorja seba’ goals, u għenhom jirbħu l-FA Cup u l-League Cup fl-aħħar staġun ta’ Pep Guardiola fit-tmexxija.

EZRI KONSA – Arsenal qablu fuq ftehim li jiswa aktar minn £50 miljun biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Aston Villa u l-Ingilterra, Ezri Konsa, 28 sena. Kien il-ġimgħa l-oħra li ġie żvelat li Arsenal reġgħu fetħu t-taħditiet mal-Villa dwar ftehim għal Konsa, iżda xorta ma rnexxilhomx jilħqu ftehim. Madankollu, il-Gunners reġgħu ffukaw l-isforzi tagħhom fuq Konsa u issa l-ftehim huwa ssiġillat.

TOSIN ADARABIOYO – Aston Villa huma interessati li jiffirmaw lid-difensur Ingliż ta’ Chelsea, Tosin Adara­bioyo, 28 sena, bħala sostitut potenzjali għal Ezri Konsa wara l-ftehim ta’ Arsenal għall-internazzjonali tal-Ingilterra. Anke Benfica għamlu kuntatt ma’ Chelsea dwar ftehim potenzjali għal Adarabioyo.

SAVINHO u OMAR MARMOUSH – Tottenham qegħdin f’taħditiet biex jiffirmaw kemm lill-winger Brażiljan, Sa­vinho, 22 sena, kif ukoll lill-attakkant Eġizzjan, Omar Marmoush, 27 sena, it-tnejn mingħand Manchester City.

HARRY KANE – Barcelona qed isegwu t-taħditiet kuntrattwali ta’ Harry Kane ma’ Bayern Munich, bl-attakkant u captain tal-Ingilterra, 33 sena, wara li daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt attwali tiegħu.

MANU KONE – Manchester City identifikaw lill-midfielder ta’ Roma, Manu Kone, 25 sena, akkwist potenzjali, bil-Franċiż, diġà ġie assoċjat mar-rivali tagħhom. Manchester United, dan is-sajf.

GENY CATAMO – Sunderland jistgħu jiksru r-rekord tat-trasferimenti tagħhom billi jattivaw il-klawsola tar-rilaxx ta’ €60 miljun (£51 miljun) għall-winger ta’ Sporting CL mill-Mozambique, Geny Catamo, 25 sena.

ASSANE DIAO – Everton jinsabu interessati fil-winger tas-Senegal u Como, Assane Diao, 20 sena, li jista’ jiswa bejn £50 miljun u £60 miljun.

GABRIEL JESUS – L-attakkant Gabriel Jesus, 29 sena, ta’ Arsenal mhux qed ifittex li jingħaqad ma’ Napoli minkejja l-interess li dawn qed juru fl-internazzjonali Brażiljan.

JOSHUA ZIRKZEE – Juventus ingħaqdu ma’ Napoli fl-interess f’Joshua Zirkzee, 25 sena, ta’ Manchester United, iżda ż-żewġ clubs iridu jbigħu qabel ma jkunu jistgħu jagħmlu trasferiment għall-attakkant internazzjonali Olandiż.

PABLO GARCIA u AZZEDINE OUNAHI – Hull City huma viċin li jilħqu ftehim ma’ Real Betis għall-winger Spanjol, Pablo Garcia, 20 sena. L-istess Hull, Ipswich Town u Al-Ittihad qed jagħmlu ħilithom biex jiżguraw l-iffirmar tal-midfielder Marokkin Azzedine Ounahi, 26 sena, mingħand Girona.

Arsenal qed jaħdmu fuq ftehimiet biex jakkwistaw lill-winger ta’ Ġibiltà, James Scanlon, 19-il sena, u lid-di­fensur tal-lemin Ingliż, Habeeb Ogunneye, 20 sena, mingħand Manchester United.

JULIAN ALVAREZ – Barcelona waqqfu t-tentattivi biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Arġentin, Julian Alvarez, 26 sena, mingħand Atletico Madrid u qed jesploraw għażliet oħra.

JORGE SALINAS – Atletico Madrid qed ifittxu li jegħlbu lil Manchester United fl-akkwist tad-difensur Spanjol, Jorge Salinas, 19-il sena, mingħand Racing Santander.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here