Friday, August 21, 2026
Home Sport It-tim nazzjonali tal-Hockey b’konfront doppju kontra l-Italja

It-tim nazzjonali tal-Hockey b’konfront doppju kontra l-Italja

0
45

It-tem nazzjonali Malti tal-hockey immexxi mill-kowċ Chris Attard, se jivvjaġġa lejn Ruma sabiex jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Italja. Dawn il-logħbiet se jintlagħbu fid-29 u fit-30 ta’ Awwissu li ġej.

Il-maġġor parti tal-iskwadra ta’ Attard se tkun dik li rrappreżentat lil Malta fil-Finlandja waqt il-kompetizzjoni tat-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey , b’żewġ bidliet minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ xi plejers. B’Shamison Mifsud u Luke Bajada li se jieħdu post Marvin Grixti u Keith Calleja rispettivament.

Wara ħames ġimgħat ta’ mistrieħ, il-plejers Maltin reġgħu bdew jitħarrġu erba’ darbiet fil-ġimgħa sabiex ikunu lesti għal dawn iż-żewġ partiti. L-Italja tinsab fis-26 post tar-rankings mondjali, filwaqt li Malta tinsab fis-77 post. Minkejja din id-differenza, il-kowċ Attard se juża’ din il-logħba sabiex il-plejers tiegħu jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fuq livell internazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here