Wednesday, July 24, 2024

300 siegħa xogħol fil-komunità għas-sewwieq li ħabat fl-avveniment Paqpaqli

Aqra wkoll

Paul Bailey, ix-xufier li baqa’ dieħel bil-karozza fil-folol waqt li kienet għaddejja l-attivita Paqpaqli għall-Istrina lura għall-2015, ġie ordnat mill-Qorti sabiex jagħmel 300 siegħa xogħol fil-komunità. 

L-ordni tal-Qorti ingħatat wara li fis-seduta, Paul Bailey, li dakinhar kien qiegħed isuq karozza tat-tip Porsche Spider, ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih. 

Fil-Qorti ingħad li fl-istess inċident, indarbu diversi nies u saħansitra kien hemm wħud minnhom li sofrew ġrieħi serji.

Fil-bidu tas-seduta, l-avukati ta’ Bailey, Gianella De Marco u Stephen Tonna Lowell infurmaw lill-Qorti li l-klijent tagħhom, l-akkużat Bailey kien se jwieġeb ħati għall-akkużi kollha.  

Il-Qorti ddikjarat li sentenza ta’ ħabs ma kinitx xierqa u għalhekk ordnat lil Bailey iwettaq 300 siegħa xogħol kommunitarju. 

B’rabta ma’ dan il-każ tressaq ukoll Angelo Manara li wkoll wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontirh, bil-Qorti  tordnalu 200 siegħa ta’ xogħol fil-komunità. 

Il-każ huwa mistenni li jkompli jinstema f’Diċembru li ġej billi għad fadal akkużati oħra x’jitressqu quddiem il-Qorti. 

Ekonomija

Sport