Monday, May 13, 2024

Raġel ta’ 52 sena jweġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari u nofs fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:45 a.m., waqa’ minn għoli fi Triq l-Imdawra, iż-Żurrieq.

Ikkonferma dan kelliem għall-Pulizija, fejn qalilna li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei assistew minnufih lill-persuna involuta.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li r-raġel, Maċedonjan ta’ 52 sena u residenti San Pawl il-Baħar, kien għaddej b’xi xogħol f’residenza fiż-Żurrieq meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u nofs.

Huwa ttieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Preżenti kien hemm ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija li bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport