Wednesday, April 24, 2024

306 każi ġodda… Ifiqu 1,062 persuna

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 7,941.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 306 każi ġodda filwaqt li 1062 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 99, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 521 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 74 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Sport