Saturday, September 28, 2024

32 każ ġdid … Ifiqu 30 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn 2,196 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 32 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 30 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 664.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 19-il każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, erba’ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ ta’ żewġ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, każ mill-cluster ta’ Dar San Ġużepp u erba’ każi mill-cluster ta’ Casa Antonia.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/204606464591238

Sport