Saturday, December 21, 2024

34 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 21 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 34 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 21 persuna oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 251. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm disa’ pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 883,070 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 54,979 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport