Saturday, December 21, 2024

40 SENA ĦABS GĦALL-JEREMIE CAMILLERI B’RABTA MA’ PELIN KAYA

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu kompla jinstema fil-Qorti, il-każ ta’ Jeremie Camilleri li jinsab mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya, it-tfajla li nqatlet b’daqqa ta’ karozza ġie kkundannat 40 sena ħabs, wara li fil-Qorti ammetta li qatel lit-tfajla ta’ 30 sena

Pelin mietet traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Ġżira, meta Camilleri kien qed isuq taħt l-influwenza tad-droga. Fil-Qorti, huwa kien qiegħed jiġi mixli b’iktar minn 14-il akkuża dik ewlenija tkun il-qtil volontarju ta’ Pelin.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, huwa ammetta, wara li ntlaħaq ftehim bejn id-difiża, il-prosekuzzjoni u l-familja tal-vittma rrappreżentata mill-Avukat Charlon Gouder.

Aktar kmieni dalgħodu: Daqt se tingħata s-sentenza ta’ Jeremie Camilleri li ammetta li qatel lil Pelin Kaya

għodu, quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera mistennija tingħata s-sentenza lil Jeremie Camilleri, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya, it-tfajla li nqatlet b’daqqa ta’ karozza.

Huwa kien ammetta fil-Qorti li qatel lit-tfajla ta’ 30 sena. Pelin mietet traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Ġżira, meta Camilleri kien qed isuq taħt l-influwenza tad-droga. Fil-Qorti, huwa kien qiegħed jiġi mixli b’iktar minn 14-il akkuża dik ewlenija tkun il-qtil volontarju ta’ Pelin.

Il-verdett mistenni jingħata fil-ħin li ġej u mistenni jirrifletti l-ftehim milħuq bejn il-partijiet kollha.

Ekonomija

Sport