Friday, November 22, 2024

40 sena mill-mewt tal-Arċisqof Mikiel Gonzi

Aqra wkoll

Illum, hu l-40 sena anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof ta’ Malta Mikiel Gonzi. Hu kien twieled fit-13 ta’ Mejju tal-1885 u miet eżatt bħal lum tas-sena 1984.

Hu kien innominat Isqof ta’ Malta f’Diċembru tal-1943, u kien ġie kkonsagrat u serva f’din il-kariga bejn l-1944 u l-1976. Gonzi kien serva wkoll bħala Isqof ta’ Għawdex.

L-Arċisqof Gonzi jibqa’ mfakkar għal diversi episodju fosthom l-intervent tiegħu fil-politika Maltija fejn anke ta l-interdett lil Partit Laburista u lil dawk kollha li kienu se jivvotaw lil Mintoff. Fil-fatt hu kien ħareġ ordni lill-Kattoliċi kollha li jekk jivvotaw lil Labour kienu jagħmlu dnub u ma setgħux jersqu lejn is-sagramenti.

Minkejja dan u l-influwenza kbira li suppost kellu fuq il-poplu Malti, fl-elezzjoni tal-1966, 43.7% ta’ dawk kollha li vvotaw kien għażlu lil Partit Laburista. Dan kien l-ewwel sinjal ċar li l-influwenza tal-Knisja Kattolika fuq il-poplu Malti kienet dejjem qiegħda tonqos.

Kien jitkellem ħafna kontra l-persuni omosesswali fejn kien jgħid li dan hu dnub kbir u min kien omosesswali kien “marid”. Kien kontra wkoll drittijiet akbar lin-nisa u anke kien jitlob kastigi kbar fuq persuni li jkunu wettqu adulterju f’każ li dawn imorru iqerru.

Sport