Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona spjega li f’dawn l-aħħar erbat ijiem esperjenzaw xejn inqas minn 42 ħsarat, li ddeskriva dan in-numru bħala wieħed bla preċedent. Minn dan l-ammont fadal x’isiru tiswijiet fuq 22 minnhom – bi 12 diġà għaddej ix-xogħol fuqhom.
Madanakollu, huwa insista li s-sitwazzjoni jidher li ġejja għall-aħjar u dan hekk minn nofsillejl sa issa ġew irrappurtati tliet ħsarat. Qal li fil-preżent, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar u l-Kottonera huma l-aktar żoni affettwati minn dan il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
L-Enemalta spjegat li għandna mal-50 ħaddiem għaddejjin fuq xogħlijiet differenti biex jirranġaw il-ħsarat li qed jiżviluppaw fis-sistema tad-distribuzzjoni:
- Persuni fuq xogħol ta’ fault location biex tinstab il-pożizzjoni eżatti tal-ħsarat fil-cables taħt l-art fit-toroq
- Xogħol ta’ tħaffir
- Xogħol ta’ tiswija
- Ittestjar biex il-cables jinxteghlu mill-ġdid.
- Fejn possibbli, qedgħin dejjem nagħtu l-elettriku permezz ta’ rotot alternattivi, qabel jibdew it-tiswijiet infushom.
- Barra x-xogħol ta’ fuq barra, għandha persuni jwieġbu t-telefonati u l-messaġġi tal-klijenti u persuni fil-control rooms biex jikkordinaw l-operat tan-netwerk u t-tiswijiet