Minn 2,303 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 42 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 18-il persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 680.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 13-il każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, żewġ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, Tliet każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv u tliet każi ta’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi pożittivi oħra.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/205727164479168