Wednesday, April 24, 2024

“Illum il-Qorti tat rebħa lil kull tfajla u mara” – Rosianne Cutajar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li l-Qorti tat konferma f’żewġ sentenzi għall-kawżi ta’ libell li kienet fetħet fil-konfront ta’ Godfrey Leone Ganado u Rachel Williams. Hija kienet għamlitha ċara li mhux ġustifikabbli li tgħajjar mara ‘’qaħba’’ sempliċiment għax hi mara. Cutajar qalet li l-messaġġ hu ċar, “l-ebda mara m’għandha taċċetta dan it-tip ta’ lingwaġġ”.

Hija tenniet li kull min jafha jaf li taċċetta kull tip ta’ kritika għax għandha rwol politiku. Kompliet tgħid li fejn hemm bżonn kun hemm ddibattitu dan isir bla ma dak li jkun jispiċċa jaqa’ f’lingwaġġ sessist ta’ din it-tip “jekk verament irridu iżjed nisa fil-politika!”

Sport