Thursday, July 18, 2024

58 student itemmu b’suċċess korsijiet ta’ taħriġ li se jtejbu l-kura provduta lill-anzjani

Aqra wkoll

58 student temmew b’suċċess korsijiet ta’ taħriġ provduti minn San Vinċenz de Paul b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, flimkien mal-Pro Rettur tal-Università, Professor Valerie Sollars, u Rebecca Cutajar, Practice Development Nurse, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-istudenti f’din l-okkażjoni.

Il-korsijiet offruti kienu ta’ żewġ tipi, Care for the Elderly Course, MQF Level 5 b’14-il kreditu, miftuħ għal nies ġenerali li jixtiequ jsiru carers; u Dementia Care Practice, MQF Level 5 b’sitt krediti, li jingħata lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea awgura lill-istudenti u spjega kif l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali huma fundamentali biex jiġi żgurat servizz tal-aqwa livell għall-anzjani. “Il-fatt li dawn il-korsijiet qed jattiraw kemm Maltin kif ukoll barranin huwa xhieda ta’ kemm huma importanti u effettivi. Ser inkomplu ninvestu fit-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħaddiema tagħna biex noffru servizzi dejjem aħjar.”

Korsijiet oħra li qed jiġu offruti jinkludu Moving & Handling, livell 4 u livell 5 għal carers u infermiera rispettivament, kif ukoll sessjonijiet in-house u on-site. Barra minn hekk, qed isiru wkoll korsijiet ta’ Basic Medical Maltese u Malti Kulturali li qed jingħataw lill-ħaddiema barranin biss. L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li jżidu l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura għall-anzjani, biex b’hekk ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta’ kwalità ogħla u aktar komprensiv.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport