Monday, May 13, 2024

6 scammels fil-Manikata u fl-Imtarfa jingħataw in-nar matul il-lejl li għadda

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha wara li matul il-lejl li għadda nħaqru sitt scammels li kienu pparkjati fil-Manikata u fl-Imtarfa.

Kien għall-ħabta tan-12.30am meta daħal rapport li fi Triq Alessi fl-Imtarfa kien hemm żewġ scammels ipparkjati li spiċċaw ħuġġieġa nar.

Imbgħad għall-ħabta tat-3.00am daħal rapport ieħor li fi Triq il-Mellieħa fil-Manikata kienu qed jinħarqu erba’ scammels oħra li kienu pparkjati.

Fiż-żewġ każi marru mill-ewwel pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. F’dawn il-każi ħadd ma weġġa’.

Għalkemm s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan kollu, il-Pulizija ma hi teskludi xejn.

Dwar dan infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Leonard Caruana.

Sport