Sunday, May 5, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara inċident bejn karozza u mutur

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel ta’ 47 sena li aktar kmieni llum kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Kien għall-ħabta tal-10.44am meta sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Notabile Birkirkara.

Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 47 sena residenti Ħ’Attard kellu mpatt ma’ karozzi Audi li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Sport