Monday, November 9, 2026
Home Sport Jonathan Holland jagħżel skwadra ta’ 20 player għall-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew U/17

Jonathan Holland jagħżel skwadra ta’ 20 player għall-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew U/17

0
53

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena (U17), Jonathan Holland, għażel skwadra ta’ 20 player għall-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew U/17, li se jsiru fis-Centenary Stadium fil-jiem li ġejjin.

F’dawn il-jiem, it-tim Malti se jaffaċċja lill-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja u s-Slovakkja, hekk kif dawn iż-żgħażagħ se jittestjaw il-kapaċitajiet tagħhom kontra wħud mill-aktar avversarji b’saħħithom fl-Ewropa.

Fl-ewwel logħba, nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, Malta tilgħab kontra s-Slovakkja, bil-partita tibda fis-2.30pm. Wara din, nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru, Malta tilgħab kontra n-Norveġja, ukoll fis-2.30pm. Fl-aħħar logħba, nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru, Malta taffaċċja lill-Pajjiżi l-Baxxi, bil-partita tibda fis-2pm.

Deyan Gatt u Noah Mulholland huma ż-żewġ goalkeepers magħżula, filwaqt li Andrei Agius, Zayden Azzopardi, Luke Buttigieg, Giorgio Cristauro, Jerome Gaffiero, Liam Gatt, Kaiden Grixti, Matteo Mangion u Zack Xiberras jiffurmaw id-difiża.

Il-linja ta’ nofs il-grawnd hija magħmula minn Ayrem Aquilina, Nicholas Busuttil, Sean Farrugia, Jayden Roe u Cole Zerafa, filwaqt li Gianni Camenzuli, Matthew Higgans, Lukas Wright u Gianni Zerafa jiffurmaw l-attakk.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here