Saturday, May 4, 2024

Se jitella’ kunċert ieħor organizzat mill-Fondazzjoni JP2

Aqra wkoll

Bħas-snin li għaddew, il-Fondazzjoni Kulturali JP2 se terġa’ torganizza
din is-sena l-Kunċert tal-Għid bis-sehem tal-Echo String Ensemble li
jospita żgħażagħ student tal-mużika Għawdxin minn 5 snin sa 14-il
sena taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Emese Tóth.

L-Ensemble se jtella’ kunċert sħiħ fil-Knisja tas-Savina, ir-Rabat, nhar
it-Tlieta 2 ta’ April 2024. Il-kunċert Jibda fit-8.00pm. Fl-istess jum ukoll
il-Fondazzjoni JP2 se tkun qed tfakkar id-19-il anniversarju mill-mewt
tal-Papa Ġwanni Pawlu II li seħħet fl-2005.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Sport