Saturday, December 21, 2024

64 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 31 oħra

Aqra wkoll

Komplew jiżdiedu l-każi attivi ta’ Covid-19 hekk kif matul il-jum tat-Tnejn feġġew 64 każ ġdid u kien hemm 31 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk f’pajjiżna hawn 636 persuna li bħalissa huma pożittivi għall-Covid-19.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li telgħu għal 16 l-ammont ta’ pazjenti li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 462 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 911,620 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 79,203 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport