Thursday, April 18, 2024

Il-qtil f’Liverpool: Evidenza importanti misjuba mill-Pulizija

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Erbat irġiel arrestati b’rabta mal-karozza bomba f’Liverpool f’Jum it-Tifkira, il-Ħadd li għadda, ġew rilaxxati mingħajr ebda akkuża. Dan wara li l-pulizija semmew lil Emad Al Swealmeen bħala r-raġel li miet meta sploda apparat fuq wara ta’ taxi ftit qabel il-11.00 a.m. 

Huwa mifhum li r-raġel ta’ 32 sena kien persuna li qed tfittex ażil li qed tfittex l-ażil li kkonverta għall-Kristjaneżmu fl-2017. Il-Pulizija qalet li nstabet “evidenza importanti” f’indirizz li huwa kien jikri.

F’aġġornament it-Tnejn filgħaxija, il-Kap tal-Pulizija Kontra t-Terroriżmu tal-Majjistral Russ Jackson qal li l-proprjetà f’Rutland Avenue qrib Sefton Park, “qed issir ċentrali għall-investigazzjoni.” Dan l-indirizz fejn Al Swealmeen inġabar mit-taxi qabel instaq lejn l-isptar tal-maternità.

Ix-xufier tat-taxi, David Perry, laħaq ħarab qabel il-karozza tiegħu ħadet in-nar u minn dakinhar kien rilaxxat mill-isptar.

“Għamilna progress sinjifikanti mill-Ħadd filgħodu u għandna aktar għarfien tal-apparat, kif inkiseb u kif il-partijiet ġew magħqudin flimkien,” qal Jackson iżda qal li jista’ jieħu ġimgħat biex jiġi stabbilit kif l-inċident kien ippjanat u ppreparat. 

Erbat irġiel kienu arrestati fiż-żona ta’ Kensington f’Liverpool – tlieta minnhom li għandhom 21, 26 u 29 sena rispettivament kienu arrestati l-Ħadd filwaqt li raġel ieħor ta’ 20 sena kien arrestat it-Tnejn. 

Jackson qal li: “wara l-interrogazzjonijiet mal-irġiel arrestati, ninsabu sodisfatti bil-verżjonijiet tagħhom u ġew rilaxxati mill-kustodja tal-pulizija.”

Min-naħa tiegħu, il-Ministru tas-Sigurtà Damian Hinds qal li “Dejjem hemm il-possibiltajiet li jistgħu jinsabu aktar rabtiet. Irridu nħallu l-ħin u l-ispazju biex il-pulizija tagħmel l-investigazzjoni tagħha.”

Ekonomija

Sport