Friday, April 19, 2024

Anzjan l-Isptar wara ħabta bejn tliet vetturi f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni għall-ħabta tal-9:45 a.m seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.

Fl-inċident kienu involuti tliet vetturi; karozza tal-għamla Volkswagen, mutur misjuq minn anzjan ta’ 64 sena residenti San Pawl il-baħar u karozza oħra Volkswagen.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport