Saturday, May 4, 2024

66 każ ġdid … Ifiqu 47

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġgħu raw żieda għal darb’oħra, b’66 każ ġdid minn 2,537 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 47 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 473 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 15-il każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, ħames każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, 13-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi kienu importati u erba’ każi relaxatie ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/208843710834180

Sport