Thursday, April 25, 2024

782 infettati bl-iktar marda sesswali komuni

Aqra wkoll

Matul l-2019 kien hemm 782 persuna li ġew infettati bil-Human papillomavirus (HPV), l-iktar marda komuni trasmessa sesswalment.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal sensiela ta’ domandi tad-deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Huwa spjega kif minn dawn 551 kienu rġiel waqt li mill-231 mara kien hemm 16 li kellhom ‘high risk HPV/cervical intraepithelial lesion’ u ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Ġinekoloġija biex jiġu investigati f’aktar dettall.

Buttigieg staqsietu wkoll jekk il-GU Clinic, il-klinika fl-Isptar Mater Dei li tittratta mard sesswali, għandhix informazzjoni dwar jekk il-mard trasmess sesswalment hux konness mal-prositutzzjoni jew massage parlours.

Fearne weġibha li mhux possibbli li tiġi stabbilita b’ċertezza assoluta r-rabta bejn esponiment sesswali speċifiku u t-trasmissjoni tal-infezzjoni virai trażmessa sesswalment.

Huwa żied li dan peress li ċertu mard li jkun trasmess sesswalment jista’ jkun ilu għand il-persuna diversi snin.

Sport