Tuesday, April 23, 2024

836 każ ta’ ħsara volontarja fuq vetturi f’sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar 12-il xahar, bejn l-1 ta’ Mejju 2021 u t-30 ta’ April 2022, ġew irrappurtati lill-Pulizija 836 każ ta’ ħsara volontarja fuq vetturi. L-akbar ammont ta’ każi seħħew f’San Pawl il-Baħar fejn kienu rrappurtati b’kollox 123 każ, segwiti mill-Gżira, l-Imsida u Tas-Sliema b’64, 49 u 42 każ rispettivament.

Min-naħa l-oħra, l-inqas ammont ta’ każi ta’ ħsara volontarja fuq vetturi seħħew fl-Għarb (Għawdex), Ħal Kirkop, l-Imtarfa, il-Qala (Għawdex) u Ħal Safi, b’każ wieħed biss reġistrat f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet.

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li sartlu mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea. 

Sport