Friday, June 21, 2024

88.9% li wieġbu għall-istħarriġ xjentifiku dwar l-Istat tan-Nazzjon qalu li jemmnu f’Alla

Aqra wkoll

Il-maġġoranza assoluta ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li huma jemmnu f’Alla (88.9%). Kienu biss 8.2% tan-nies li qalu li ma jemmnux f’Alla. Filwaqt li 3% tan-nies qalu li ma jafux.

Aktar minn 20% ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u 25 sena qalu li huma ma jemmnux f’Alla (20.7%). Aktar minn 14% ta’ dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni terzjarja qalu li ma jemmnux f’Alla (14.5%).

Aktar minn 56% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li r-reliġjon hija importanti ħafna f’ħajjithom. Għal ftit aktar minn 30% tan-nies, ir-reliġjon mhijiex daqshekk importanti.

Inqas minn 40% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ fl-2024 qalu li jikkunsidraw ħafna r-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin (38.9% – tnaqqis sewwa meta mqabbel mal-2023 (49.0%)).
Aktar kemm hi kbira l-eta’ aktar jikkunsidraw ir-reliġjon meta jieħdu deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport