Sunday, May 5, 2024

936 ċitazzjoni fuq sewqan eċċessiv fis-Central Link fi 11-il xahar

Aqra wkoll

Il-miżuri prinċipali li qed jittieħdu kemm mill-Pulizija kif ukoll mill-uffiċjali tal-LESA biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv fis-Central Link, f’Ħ’Attard hu permezz ta’ preżenza aktar frekwenti ta’ uffiċjali miż-żewġ awtoritajiet bħala mezz ta’ prevenzjoni u kontroll u bi ħruġ ta’ ċitazzjonijiet kif u meta jkun hemm il-ħtieġa.

Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Il-Ministru Camilleri spjega illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet dwar sewqan eċċessiv, bl-użu ta’ speed guns li nħarġu mill-pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku fiż-żona ta’ bejn il-pompa tal-petrol quddiem il-Palazz ta’ San Anton u Wied Inċita minn Diċembru 2021 sal-25 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kien ta’ 936.

Sport