Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 1,051 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 95 każ ġdid u kien hemm 47 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 12-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet issa baqa’ ta’ 468 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewta kawża tal-Covid-19.
Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 945,882 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 110,676 kienu dożi tal-booster.