Friday, May 17, 2024

“Abela bħala PM jixraqlu jingħata l-ewwel mandat tiegħu b’viżjoni mġedda għal Malta”

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Ħamrun, il-Whip tal-PL Glenn Bedingfield qal li qed jitkellmu man-nies u jgħidu li l-Partit Laburista jixraqlu jkun fil-gvern għax huwa l-gvern tan-nies.

“Il-PL jixraqlu jkun fil-gvern għaliex huwa l-Partit tal-bidla kontinwa. Il-PL jixraqlu jkun fil-gvern għaliex aħna partit li neżistu biex intejbu l-qgħada tan-nies u l-familji. Il-PL jixraqlu jkun fil-gvern għaliex aħna l-Partit tal-ħolqien u t-tqassim b’mod ġust tal-ġid. Fuq kollox, irridu nispjegaw lin-nies li Robert Abela bħala Prim Ministru jixraqlu jingħata l-ewwel mandat tiegħu b’viżjoni mġedda għal Malta,” qal Bedingfield.

Qal li PN fil-gvern jagħżel l-eħfef triq. “Iffaċċjat bi kriżi, il-PN meta kien fil-gvern għażel li jitfa l-piż fuq in-nies. Bil-kontra, aħna fil-Gvern għażilna li l-piż nerfgħuh aħna  l-ġid nagħtuh lin-nies. Il-PN bil-kontra tagħna jirreżisti kull bidla. In-Nazzjonalisti jibżgħu mill-bidla. Aħna ma nagħżlux l-eħfef triq imma nagħżlu t-triq li permezz tagħha ntejbu l-qagħda tan-nies. Għalhekk fis-26 ta’ Marzu, meta tħares lejn iż-żewġ mexxejja politiċi għandek tara d-differenza.”

Sport