Thursday, December 19, 2024

Abela fdat 20.1 fil-mija aktar minn Grech

Aqra wkoll

Tibqa’ l-konsistenza fl -appoġġ lejn il-mexxej Laburista

Wieħed jista’ jinnota li kien hemm ftit li xejn ċaqliq fil-fiduċja bejn il-mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 20.1 fil-mija aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.

Fiduċja fi l-mexxejja Meta n-nies ġew mistoqsijin lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li jafda f’Malta, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, 87.8 fil-mija qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.9 fil-mija qalu Bernard Grech 3.8 fil-mija huma indeċiżi jew irrifjutaw li jwieġbu u 6.5 fil-mija qaluli ma jafdaw lil ħadd.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017, 74.8 fil-mija qalu li jafdaw lil Bernard Grech, 5.4 fil-mija qalu Robert Abela, 0.5 fil-mija qalu oħrajn 7.7 fil-mija rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, u 11.6 fil-mija qalu li ma jafdaw lil ħadd.

Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed joħroġ il-figuri aktar ċari tar-riżultati finali ta’ bejn iżżewġ mexxejja. B’hekk il-prediction xjentifika tar-riżultat bejn il-mexxejja huwa, 52.6 fil-mija l-aktar li jafdaw lil Robert Abela 32.5 fil-mija l-aktar li jafdaw lil Bernard Grech, 5.4 fil-mija qalu li ma jafux, 9.0 fil-mija qalu lil ħadd u 0.5 fil-mija qalu oħrajn.

Ekonomija

Sport