Sunday, May 19, 2024

“Diffiċli tispjega dak li għaddejna minnu f’Kharkiv… tiġri bit-tfal waqt l-isparar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Quddiem il-mod kif qed jiżvolġi l-kunfitt fl-Ukrajna fejn ir-reżistenza Ukrena qed toħloq problemi kbar għall-invażjoni Russa, Valentina Zakhar titkellem b’mod ċar dwar l-assedju li esperjenzat hi fil-belt ta’ Kharkiv.

Fi kliemha stess, “ħajti hi maqsuma bejn dik ta’ qabel u dik ta’ waqt il-gwerra. L-ewwel disat ijiem tal-gwerra għaddejniehom mistoħbijin fil-metro ta’ Kharkiv. Konna hemm biex nistkennu mill-isparar. Kellna nitilqu minn hemm u llum ninsabu f’Ternopil. Din hi żona kwieta u kalma. Hu diffiċli li tispjega dak li għaddejna minnu f’Kharkiv. Terrur sħiħ. Splużjonijiet u sparar. Niġri bit-tfal lejn il-metro. Konna nagħmlu ħin twil fi kju ta’ xejn inqas minn kilometru biex nixtru l-ħobż. Imweġġgħin. Għax tara l-belt li kont tgħix fiha titkisser. Ċerta imma li se nirritornaw. Ċerti li Kharkiv se tkun isbaħ.  Ċerta li se niltaqgħu fil-parata tar-rebħa fil-pjazza sabiħa tagħna”. 

Sport