Friday, May 3, 2024

AC Milan iħarsu lejn iż-żgħażagħ mislufin ma’ clubs oħra

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ AC Milan qed jistennew l-istaġun li ġej sabiex jerġgħu jinkludu fl-iskwadra lit-tliet żgħażagħ tagħhom li tant qed jibbrillaw hekk kif qegħdin b’self ma’ xi clubs oħra.

Fil-fatt, Daniel Maldini qed ikollu staġun tajjeb ma’ Spezia, l-istess kif qed juri Marko Lazetic li għalkemm mhux jilgħab mat-tim tal-kbar tar-Rossoneri, qed ikun prominenti mat-tim tal-Primavera.

I Rossoneri qed jaraw ukoll il-progress ta’ Lorenzo Colombo li bħalissa jinsab misluf ma’ Lecce u li wkoll jista’ jkun parti mill-futur tal-club għall-istaġun li ġej.

Sport