Tuesday, May 14, 2024

Adrian Casha l-ewwel Malti li jipparteċipa fil-Parkinson’s World Table Tennis Championships fil-Kroazja

Aqra wkoll

Adrian Casha ser ikun l-ewwel Malti li jipparteċipa fit-tielet edizzjoni tal-Parkinson’s World Table Tennis Championships ġewwa l-belt ta’ Pula, il-Kroazja.

Il-logħob ta’ dawn il-kampjonati mondjali huma mifruxa fuq ħamest ijiem bejn nhar l-Erbgħa 12 t’Ottubru u l-Ħadd 16 t’Ottubru.

F’dawn l-aħħar xhur Adrian Casha kien qed jitħarreġ mid-Direttriċi tal-Malta Table Tennis Klabb, li hija wkoll il-kowċ li ser tkun qed takkumpanjah fil-parteċipazzjoni tiegħu.

It-table tennis huwa wieħed mill-aktar sport li jistimula avvanz fis-saħħa ta’ persuni li jgħixu bil-Parkinson’s u fil-fatt aktar individwi ingħaqdu mal-Malta Table Tennis Klabb sabiex jilagħbu dan l-isport li jirrkjedi ħeffa u konċentrazzjoni kbira.

L-Onorevoli Graziella Galea, Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, żaret l-Iskola tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ sabiex tawgura lil Adrian Casha u lil Katia Mifsud għall-parteċipazzjoni tagħhom f’dawn il-Kampjonati Mondjali tat-Table Tennis għal min jgħix bil-Parkinson’s.

Sport