Tuesday, April 30, 2024

Il-Haiti jitlob għal għajnuna militari internazzjonali minħabba gangs vjolenti

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Haiti talbu għal appoġġ militari barraniji minħabba l-kriżi ta’ vjolenza minn gangs, liema vjolenza tista’ tgħid li pparalizzat lill-pajjiż.

Il-gvern ta’ Haiti awtorizza lill-Prim Ministru Ariel Henry biex jitlob għall-għajnuna internazzjonali minħabba li din il-kriżi qiegħda tqarreb lejn “riskju ta’ kriżi umanitarja kbira”. Fid-dawl ta’ dak kollu li għaddej ġewwa dan il-pajjiż, l-Istati Uniti ħeġġet liċ-ċittadini tagħha minn minnufih jitilqu minn dan il-pajjiż. 

Għadd ta’ gruppi ta’ gangs b’saħħithom ilhom mill-bidu ta’ Settembru li għadda joħolqu instabbiltà billi okkupaw it-terminal ewlieni tal-fjuwil kif ukoll qed ixekklu t-twassil tal-provvisti ta’ ikel u xorb. S’issa għadu mhux magħruf lil min saret it-talba għall-għajnuna u taħt liema forma se tkun qiegħda tingħata. L-uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti qalu li s’issa huma ma rċevew l-ebda talba uffiċjali min-naħa tal-gvern ta’ Haiti. 

Stephane Dujarric, li hija kelliemi għan-Nazzjonijiet Uniti qalet li, “aħna ninsabu mħassbin ferm bis-sitwazzjoni ġewwa l-Haiti, bl-impatt li dan qed iħalli fuq il-poplu u fuq il-ħidma tagħna speċjalment fil-qasam umanitarju.”

Il-vjolenza u l-instabbiltà ġewwa dan il-pajjiż eskalaw fil-11 ta’ Settembru li għadda meta l-gvern ta’ Henry ħabbar li kien se jwaqqaf is-sussidju li kien hemm fuq il-prezz tal-petrol u diżil u b’hekk il-prezzijiet żdiedu b’mod qaw­wi ħafna. 

Sport