Tuesday, April 30, 2024

“Nisa li jkollhom aktar tfal għandhom jiġu eżentati mit-taxxa”

Ministru fil-Kabinett Ingliż f’tentattiv li tiżdied ir-rata tat-twelid

Aqra wkoll

Ministru qiegħed jissuġġerixi li n-nisa għandhom jiġu eżentati mit-taxxi biex jagħmlu t-tfal f’tentattiv biex tiżdied ir-rata tat-twelid fl-Ingilterra.

Ministru tal-Partit Konservattiv li tkellem b’mod anonimu ma’ ġurnali Ingliżi qal li din l-istrateġija tista’ tkun bżonjużha sabiex tindirizza l-problema tar-rata ta’ twelid li qiegħda dejjem tonqos. Fl-istess waqt il-ħsieb huwa li l-pajjiż jitbiegħed mill-immigrazzjoni bħala s-soluzzjoni għal ċertu problemi ta’ xogħlijiet.

Din il-politika diġà teżisti fl-Ungerija fejn nisa li jkollhom erbat itfal jew iktar m’għandhomx għalfejn iħallsu taxxa fuq id-dħul għall-bqija ta’ ħajjithom.

Il-Ministru qal f’kummenti mal-ġurnali tal-pajjiż li n-nuqqas ta’ ħaddiema f’ċertu setturi jikkonferma l-bżonn li jkollna aktar tfal.

Fl-aħħar 60 sena, ir-rata ta’ fertilità fost in-nisa fl-Ingilterra kompliet tonqos. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-1964, din ir-rata kienet ta’ medja ta’ 2.93 filwaqt li fl-2020 din niżlet għal medja ta’ 1.58 għal kull mara.

Il-Prim Ministru Ingliża Liz Truss favur li tilqa’ numru ta’ barranin biex ikunu jistgħu jimlew il-postijiet vakanti li qegħdin iwaqqfu lit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.

 Madanakollu s-Segretarju għall-Intern Suella Braverman hija determinata li topponi għal din l-alternattiva. Suella qalet li trid tara n-numri tal-immigrazzjoni jonqsu taħt il-100,000 meta fil-preżent hu stmat li dawn jammontaw għal 240,000.

Min-naħa tagħha hija saħansitra waqqfet lis-Segretarju għan-negozju Jacob Rees-Mogg milli jdaħħal persuni barranin biex jimlew ċertu postijiet ta’ xogħol bħalma huma l-hairdressers u bejjiegħa tal-fjuri.

Sport