Adrian Farrugia jikseb post fost l-aqwa 16-il pizzaiolo fid-dinja

Aqra wkoll

Il-pizzaiolo Malti Adrian Farrugia kiseb riżultat importanti f’kompetizzjoni internazzjonali f’Napli, fejn irnexxielu jikklassifika fost l-aqwa 16-il pizzaiolo fid-dinja fil-kategorija Pizza Classica.

F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem 130 kompetitur minn madwar id-dinja, u Farrugia kellu l-unur li jirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali.

Farrugia esprima s-sodisfazzjon u l-kburija tiegħu għal dan ir-riżultat, li ddeskrivieh bħala unur personali u għall-pajjiż.

Huwa qal li dan is-suċċess huwa frott ta’ ħafna xogħol, dedikazzjoni, passjoni u mħabba lejn il-professjoni tiegħu.

Għalih, li jirritorna Malta b’dan ir-riżultat ifisser ħafna aktar minn sempliċi kompetizzjoni, hekk kif huwa unur li se jibqa’ jgħożż għal dejjem.

Farrugia rringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih u tawh l-appoġġ tagħhom matul dan il-vjaġġ, filwaqt li saħaq li dan huwa biss il-bidu.

“Għalija, Malta dejjem l-ewwel!” temm jgħid il-pizzaiolo Malti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport