Wednesday, November 18, 2026
Home Sport Il-coach Mauricio Pochettino jtemm l-esperjenza tiegħu mal-Istati Uniti b’rebħa fuq Haiti 

Il-coach Mauricio Pochettino jtemm l-esperjenza tiegħu mal-Istati Uniti b’rebħa fuq Haiti 

0
36

Mauricio Pochettino temm l-esperjenza tiegħu bħala coach tat-team nazzjonali tal-Istati Uniti b’rebħa ta’ 2-0 fuq Haiti fit-tieni leg tal-kwart-finali tal-Concacaf Nations League.

Christian Pulisic u ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Julian Hall skorjaw fl-ewwel taqsima biex taw rebħa oħra lit-tim Amerikan.

Pulisic fetaħ l-iskor fil-25 minuta b’xutt spettakolari minn fuq rasu wara assist ta’ Weston McKennie. Hall irdoppja tmien minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.

L-Istati Uniti kienu diġà rebħu l-ewwel leg 6-0, biex għaddew b’aggregate ta’ 8-0 għall-finali.

Pochettino, li beda jmexxi lit-team f’Ottubru 2024, temm l-avventura tiegħu b’23 rebħa, żewġ draws u 12-il telfa …  qabel l-isfida l-ġdida tiegħu ma’ Manchester United.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here