Saturday, May 18, 2024

Adrien Rabiot b’futur ikkumplikat ma’ Juventus

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni tal-midfielder offensiv ta’ Juventus Adrien Rabiot hi xi ftit jew wisq ikkumplikata minħabba li għandu l-futur tiegħu mċajpar. 

Hekk kif it-trasferiment li kellu jseħħ ma’ Manchester United ma seħħx, l-aktar minħabba li l-aġent tiegħu, ommu stess Veronique, kienet qed titlob is-somma ta’ €10 miljun għalih, Rabiot qed jitqies bħala każ ikkumplikat mill-Bianconeri li sa ċertu punt iridu “jeħilsu” minnu iżda mhux qed jirnexxielhom ineħħuh.

Bosta kritiċi tal-football Taljan qed jgħidu li Rabiot jitlaq biss meta jispiċċa l-kuntratt u eventwalment ikun free agent.

Sport