Hekk kif kien hemm il-preżentazzjoni uffiċjali tal-attakkant il-ġdid ta’ Juventus Timothy Weah, tkellem ukoll il-midfielder offensiv Adrien Rabiot li se jkun qed jibda l-ħames staġun tiegħu mal-Bianconeri.
Rabiot, li għandu 28 sena, qal li ddeċieda li jibqa’ ma’ Juventus għax jixtieq ikun il-leader tat-tim apparti li jrid jerġa’ jwassal lit-tim għal iktar rebħ.
Il-plejer internazzjonali Franċiż qal li kienet deċiżjoni naturali li jibqa’ f’Turin minħabba li jinsab għal qalbu magħhom.