Monday, July 15, 2024

Adrien Rabiot mhux deċiż dwar il-futur tiegħu

Aqra wkoll

Il-futur tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot jinsab xi ftit imċajpar hekk kif għadu ma tax risposta lil Juventus dwar jekk hux se jġedded il-kuntratt tiegħu għal sentejn oħra. Il-Bianconeri offrewlu kuntratt li jiswa €7.5 miljun kull staġun u bħalissa qed iħalli kollox f’idejn ommu Veronique li hi wkoll l-aġent tiegħu.

Sadanittant waslet offerta oħra, din id-darba ta’ AC Milan li qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin bl-istess ċifra tal-Bianconeri. Bħalissa Rabiot moħħu fit-tim nazzjonali Franċiż u l-parteċipazzjoni tagħhom f’EURO 2024 u għalhekk kollox jista’ jiżblokka ruħu wara li tispiċċa din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport