Saturday, July 20, 2024

Il-Parlament ta’ Georgia jfaħħar lill-eroj tiegħu

Aqra wkoll

L-għada tas-suċċess li l-Georgia kisbu kontra l-Portugall bl-iskor ta’ 2-0 u l-kwalifikazzjoni eventwali għall-fażi tal-aħħar sittax, il-parlament tal-pajjiż beda s-sessjoni tiegħu bid-daqq tal-innu nazzjonali apparti li l-ispeaker tal-parlament semma’ l-ismijiet tal-plejers wieħed wieħed bħala sinjal ta’ radd il-ħajr għal dak li għamlu fil-fażi tal-gruppi.

Il-Prim Ministru ta’ Georgia Irakli Kobakhidze faħħar lill-plejers kollha u qal li mhux biss kitbu l-istorja għax ikkwalifikaw għall-ewwel darba għal turnament maġġuri iżda wkoll baqgħu għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom. Hu qal li din l-iskwadra se tiġi milqugħa sew fl-ajruport ta’ Tbilisi iżda għalissa jittama li t-tim jibqa’ għaddej aktar ‘il quddiem f’din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport