Il-midfielder ta’ Franza, Adrien Rabiot, 29 sena, qabel ma’ ftehim fil-prinċipju biex jingħaqad mal-club ta’ Ligue 1, Marseille. Rabiot, li ilu aġent ħieles minn meta ħalla lil Juventus f’Lulju, se jmur lura Franza suġġett li jgħaddi mill-eżami mediku.
Rabiot, li kien rappurtat li kien mira ta’ trasferiment għall-clubs tal-Premier League, fosthom Manchester United, kellu perjodu qasir fl-akkademja ta’ Manchester City qabel ingħaqad ma’ PSG fejn iddebutta mal-kbar.
F’ħames snin ma’ Juventus huwa rebaħ titlu tas-Serie A, żewġ Coppa Italia u Super Cup Taljana.
Rabiot lagħab 48 partita għal Franza fejn lagħab ħames darbiet fil-Euro 2024 fil-Ġermanja – fejn Franza ġiet eliminata mir-rebbieħa eventwali Spanja fis- semi-finali.