Sunday, October 4, 2026
Home Sport Darts – World Grand Prix 2026: Gerwyn Price u Luke Humphries fil-finali

Darts – World Grand Prix 2026: Gerwyn Price u Luke Humphries fil-finali

0
38

Gerwyn Price u Luke Humphries kisbu post fil-finali tal-World Grand Prix wara rebħiet fuq Nathan Aspinall u James Wade rispettivament, f’Leicester.

Price kellu kontroll mill-ewwel kontra Aspinall, li kellu bidu diffiċli ħafna u tilef l-ewwel tliet sets mingħajr ma rebaħ leg waħda. Aspinall wieġeb b’mod qawwi billi rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara u naqqas id-distakk għal 3-2, iżda Price reġa’ ħa l-kontroll. Huwa rebaħ is-sitt u s-seba’ sets biex għalaq il-partita 5-2. Din se tkun ir-raba’ finali tal-World Grand Prix għal Price, li rebaħ it-titlu fl-2020.

Humphries kellu sfida aktar bilanċjata kontra Wade, b’kull player jirbaħ tnejn mill-ewwel erba’ sets. Humphries imbagħad rebaħ il-ħames u s-sitt set, qabel ma Wade naqqas id-distakk billi ħa s-seba’. Madankollu, Cool Hand Luke baqa’ kalm u rebaħ it-tmien set 3-0 biex ikkonkluda r-rebħa 5-3.

Din se tkun ir-raba’ finali konsekuttiva ta’ Humphries fil-World Grand Prix, wara li rebaħ it-titlu fl-2023. 

Issa Price u Humphries se jerġgħu jiltaqgħu fil-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here