Il-finali tal-Ħadd tax-Shenzhen Open li qed isir fiċ-Ċina se tkun bejn żewġ players Ċiniżi, Yuan Sijun u Wu Yize, li lbieraħ eliminaw lil Jimmy Robertson u lil Judd Trump rispettivament.
Yuan għeleb lil Robertson 6-5 f’konfront mimli tensjoni fl-ewwel semi-finali biex wasal fl-ewwel finali tiegħu fix-Shenzhen Open inawgurali.
Yuan, 26 sena, kien qed jikkompeti fit-tielet semi-finali ranking tiegħu u l-£34,500 li kien iggarantixxa qabel ilbieraħ kienu diġà l-ogħla premju tal-karriera tiegħu.
Issa jimxi ‘l quddiem biex jiffaċċja lill- kompatrijott tiegħu u champion tad-dinja, Wu, fil-finali. Premju ewlieni ta’ £177,000 se jkun fin-nofs, bl-ewwel 10 frames jieħdu t-titlu d-dar.
Fl-ewwel ħames frames ma sar l-ebda break iżda fl-aħħar sitta sar break f’kull frame, tlieta ta’ 64, 62 u 52 minn Yuan u erbgħa ta’ 53, 100, 102 u 62 minn Robertson.
Fit-tieni semi-final Wu kien rebbieħ ċar meta warrab għal kollox lil Trump fejn kien dan li beda fuq nota tajba meta għamel break ta’ 77, li kien l-uniku wieħed tiegħu, u ta wieħed x’jifhem li kien se jċaħħad lill-partitarji milli jaraw konfront kollu Ċiniż bejn players tagħhom.
Iżda Wu kellu ideat oħra għax rebaħ s-sitt frames ta’ wara u l-logħba li fihom għamel erba’ breaks ta’ 81, 53, 51 u għalaq b’century ta’ 110.
Il-finali se ssir fit-8.00 am u fis-1.30 pm.




