Sunday, October 4, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-ewwel rebħa għal Skozja taħt it-tmexxija tal-coach Sebastien Pocognoli

UEFA Nations League: L-ewwel rebħa għal Skozja taħt it-tmexxija tal-coach Sebastien Pocognoli

0
41

Sebastien Pocognoli kiseb l-ewwel rebħa tiegħu bħala coach tal-Iskozja hekk kif, f’kundizzjoni ħażin tal-ground, it-team tiegħu għeleb lill-Maċedonja, fi Skopje, bl-iskor ta’ 2-0, fil-UEFA Nations League. L-Iskozja ddominaw il-partita u ħolqu bosta opportunitajiet, minkejja li l-iskor finali kien relattivament żgħir.

Kieron Bowie fetaħ l-iskor wara biss seba’ minuti b’xutt qawwi għar-rokna tax-xibka, wara li kkontrolla tajjeb il-ballun. Andy Robertson u Ben Gannon-Doak kellhom aktar ċansijiet, iżda l-goalkeeper, Stole Dimitrievski, wettaq diversi saves importanti biex żamm lil pajjiżu fil-logħba.

Fit-tieni taqsima, l-Iskozja komplew jattakkaw u Gannon-Doak deher li seta’ jiskorja, qabel ma twaqqa’ fil-kaxxa. Għalkemm il-penalty inizjali ġie revokat wara reviżjoni tal-VAR, l-Iskozja ngħatat penalty ieħor wara handball ta’ Bojan Miovski. Mill-11-il metru John McGinn ma żbaljax u għamilhom 2-0.

Fit-83 minuta, l-Iskozja spiċċaw il-partita b’għaxar players wara t-tkeċċija ta’ Scott McKenna, iżda rnexxielhom iżommmu l-vantaġġ ta’ żewġ goals.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here