Sunday, October 4, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Spanja jagħmluhom tlieta minn tlieta

UEFA Nations League: Spanja jagħmluhom tlieta minn tlieta

0
47

Spanja komplew għaddejjin bis-sensiela perfetta tagħhom fil-UEFA Nations League meta għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 3-1, f’Oviedo. 

Lamine Yamal fetaħ l-iskor fis-sitt minuta b’xutt sabiħ bix-xellug, qabel Rodri rdoppja l-vantaġġ fil-35 minuta wara żball fid-difiża Ċeka. 

Iċ-Ċeki naqqsu d-distakk fid-69 minuta permezz ta’ Jiri Slama, iżda l-goal tagħhom fid-79 minuta ġie annullat wara foul fuq Robin Le Normand. 

Il-viżitaturi spiċċaw b’għaxar players meta Ladislav Krejci tkeċċa wara t-tieni karta safra. 

Imbagħad Mikel Merino issiġilla r-rebħa ta’ Spanja erba’ minuti wara. 

B’din ir-rebħa, Spanja telgħu waħedhom fl-ewwel post ta’ Grupp A3, b’disa’ punti minn tliet partiti, quddiem l-Ingilterra filwaqt li ċ-Ċeki baqgħu mingħajr punt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here