Sunday, December 22, 2024

AFCON: Is-Senegal jibdew id-difiża tat-titlu b’rebħa

Aqra wkoll

Iċ-champions Afrikani, Se­negal, bdew id-difiża tat-titlu b’mod mill-aktar po­żittiv meta għelbu lil  Gambja bl-iskor ta’ 3-0 li huma mmexxija mill-eks coach nazzjonali ta’ Malta, Tom Saintfiet.  

Wara biss erba’ minuti, is-Senegal fetħu l-iskor minn Pape Gueye filwaqt li Lamine Camara (52, 86) irreġistra doppjetta. 

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Gambja spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa Ebrima Adams.

*Il-Kamerun ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Gui­nea li l-goalkeeper tagħhom mhu ħadd ħlief ta’ Hiber­nians, Ibrahim Kone.  

Kien Mohamed Bayo (10) li fetaħ l-iskor għal Gui­nea iżda l-Kamerun kisbu d-draw permezz ta’ Frank Magri (51) li għandu antenati Maltin. 

Fil-45 minuta, Guinea sabu ruħhom f’inferjo­ri­tá numerika minħabba li tkeċċa Francois Kamano.

*Fil-partita li ntlagħbet tard il-Ħadd filgħaxija, it-team ospitu tal-Ivory Coast għeleb lil Guinea Bissau bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Seko Fofana (4) u Jean-Philippe Krasso (58).

Ekonomija

Sport