Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo naqqas l-iskwadra ta’ Malta għal 26 players qabel l-ewwel logħba tal-UEFA Nations League ta’ għada kontra Andorra barra minn xtutna li se tintlagħab f’Estadi FAF Encamp f’Andorra la Vella fis-6.00 pm.
Mill-iskwadra oriġinali ta’ 29 players De Leo naqqas tlieta minnhom, wieħed minn tliet dipartimenti differenti minbarra dik tal-goalkeepers.
Huwa ħalla barra lid-difensur Kean Scicluna ta’ Hamrun Spartans, lill-midfielder Jayden Roe ta’ Hibernians u lill-attakkant Kevin Cannavò li jilgħab ma’ La Spezia Calcio, fl-Italja, li t-tlieta li huma għandhom l-etá favurihom u ċ-ċans tagħhom jasal żgur.
Minbarra l-logħba kontra Andorra ta’ għada Malta se tilgħab tlieta oħra internazzjonali meta l-Ħadd li ġej l-avversarji se jkunu Liechtenstein meta l-logħba hija waħda ta’ ħbiberija. Din se ssir fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u tibda fis-6.30 pm.
Imbagħad il-ġimgħa d-dieħla t-team Malti jilgħab żewġ logħbiet oħra minn Nations League meta nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Ottubtu jkun f’Ta’ Qali wkoll kontra Ġibiltá bil-logħba din id-darba tibda fid-8.45 pm.
Ir-raba’ u l-aħħar impenn għat-team ta’ De Leo jkun dak kontra Andorra, fl-4 ta’ Ottubru, meta l-logħba f’Ta’ Qali tibda fis-6.00 pm.
Il-logħba li tagħlaq il-programm ta’ Malta fin-Nations League hija dik li tintlagħab nhar it-Tnejn, 16 ta’ Novembru meta l-avversarji jkunu Ġibiltá. Din tibda fid-8.45 pm.
Il-Maltin se jilagħbu tnejn mil-logħbiet home f’din il-waqfa internazzjonali u jekk jibdew b’riżultat pożittiv kontra Andorra, rebħiet kontra Ġibiltá u Andorra jistgħu jagħtuna l-promozzjoni.
Din hija l-iskwadra finali:
Goalkeepers: Henry Bonello (Sliema W.), Rashed Al Tumi (Birkirkara), James Sissons (Chesterfield, Ingilterra)
Difensuri: Zach Muscat (Birkirkara), Juan Carlos Corbalan, Enrico Pepe (Marsaxlokk), Ryan Camenzuli, Kurt Shaw (Hibernians), Jean Borg (Sliema W.), Gabriel Mentz (Gzira U.) Carlo Zammit Lonardelli, Myles Beerman (Floriana).
Midfielders: Matthew Guillaumier (Hamrun S.), Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi (Valletta), Alexander Satariano, Teddy Teuma, Adam Magri Overend (Sliema W.).
Attakkanti: *Joseph Mbong (Hibernians), Paul Mbong (Floriana), Ilyas Chouaref (Sion, Svizzera), Jake Grech (Hamrun S.), Irvin Cardona (Saint-Etienne, Franza), Basil Tuma (Aldershot Town, Ingilterra), Keyon Ewurum, Andrea Zammit (Valletta).
*Sospiż għall-partita tal-ftuħ kontra Andorra.




