Friday, November 8, 2024

AFCON: Min se jwaqqaf lis-Senegal ta’ Sadio Mane?

Aqra wkoll

Anke għal tournament li huwa dejjem imprevedibbli, hemm numru kbir mhux tas-soltu ta’ kandidati għat-titlu li qed ifittxu li jwaqqfu lis-Senegal ta’ Sadio Mane meta llum jingħata bidu għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Il-Marokk qed ifittxu li jibnu fuq is-suċċess bla preċedent fit-Tazza tad-Dinja wara li saru l-ewwel team Afrikan li wasal sas-semi-finali. L-Eġittu, seba’ darbiet champions, jittamaw li Mohamed Salah jista’ jgħin lit-team imur aħjar wara li tilef il-finali tal-2021 bil-penalties.

In-Niġerja għandhom lill-Player Afrikan tas-Sena, Victor Osimhen, il-Ghana huma mmexxija minn Mohammed Kudus hekk kif jimmiraw għall-ħames titlu tagħhom u l-Ivory Coast jistgħu jistrieħu fuq appoġġ qawwi f’darhom.

L-34 edizzjoni tat-tournament biennali suppost kellha tintlagħab f’Ġunju u Lulju tas-sena l-oħra iżda ġiet posposta biex jiġi evitat l-istaġun tax-xita tropikali.

Dan ifisser li għal darb’oħra qed tintlagħab f’nofs l-istaġun tal-kampjonati Ewropej, u ġiegħel lil ħafna mill-aqwa clubs jibqgħu mingħajr uħud mill-aqwa players tagħhom sa xahar.

Il-finali se tintlagħab fl-Alassane Ouattara Stadium f’Abidjan fit-12 ta’ Frar.

Harsa lejn is-sitt gruppi hija din:

GRUPP A

(Ivory Coast, Niġerja, Equitorial Guinea, Gui­nea-Bissau) 

In-pajjiż ospitu l-Ivory Coast u l-Guinea Bissau se jilagħbu fil-logħba tal-ftuħ, bin-Niġerja tilgħab kontra l-Equitorial Guinea għada. L-Ivory Coast jilagħbu maċ-champions tliet dar­biet, in-Niġerja, fit-18 ta’ Jannar għal-logħba li tista’ tiddeċiedi liema team ikun fil-quċċata tal-grupp.

In-Niġerja huma dejjem fost il-favoriti tat- tournament iżda ilhom ma jirbħu mill-2013. Victor Osimhen se jmexxi lis-“Super Eagles” fl-20 dehra tagħhom, appoġġat minn Victor Boniface ta’ Leverkusen u Samuel Chukwueze ta’ Milan.

L-Ivory Coast qed jimmiraw għat-tielet titlu meta huma mmexxija mill-attakkant ta’ Borussia Dortmund, Sebastien Haller, waqt li d-difensur ta’ Sporting Lisbon, Ousmane Diomande, huwa player li wieħed għandu jħares.

GRUPP B

(Eġittu, Ghana, Cape Verde, Mozambique)

L-Eġittu u l-Ghana huma l-favoriti ta’ dan il-grupp, u jilagħbu kontra  xulxin fi grupp potenzjali li jiġi deċiż fit-18 ta’ Jannar. Il-”Black Stars” tal-Ghana se jkunu taħt l-eks internaz­zjonali Irlandiż, Chris Hughton. L-attakkant ta’ Athletic Bilbao, Inaki Williams, seta’ jingħaqad mat-team wara li rkupra minn mard.

GRUPP C

(Senegal, Kamerun, Guinea, Gambja)

Is-Senegal se jiffaċċjaw biċċa xogħol diffiċli biex iżommu t-titlu u l-ewwel iridu jissuperaw il-grupp li jinkludi liċ-champions ħames darbiet, il-Kamerun.

Is-Senegal se jerġgħu jkunu mmexxija minn Mane, l-istilla tat-team li falla t-Tazza tad-Dinja s-sena l-oħra minħabba injury f’riġlejh li ġarrab waqt li kien qed jilgħab ma’ Bayern Munich ftit qabel it-tournament fil-Qatar.

L-“Iljuni Indomibbli” tal-Kamerun qed jirritornaw fejn rebħu l-ewwel mill-ħames titli tagħhom fl-1984, wara li spiċċaw it-tielet sentejn ilu. L-attakkant ta’ Besiktaş, Vincent Aboubakar, l-aqwa skorer fit-Tazza tal-Afrika 2021 bi tmien goals, huwa l-captain tat-team.

Il-Guinea qed jagħmlu l-14-il dehra tagħhom u se jkunu qed jiddependu fuq l-attakkant ta’ Stuttgart, Serhou Guirassy, għall-goals wara li beda l-istaġun billi skorja 17-il darba f’14-il dehra fil-Bundesliga.

GRUPP D

(Alġerija, Burkina Faso, Mawritanja, Angola)

Minkejja li għandu team b’talent immexxi mill-eks stilla ta’ Manchester City, Riyad Mahrez, il-coach tal-Alġerija, Djamel Belmadi, naqqas iċ-ċansijiet tat-team tiegħu għat-tielet titlu. L-Alġerija ħarġet fil-fażi tal-gruppi fl-aħħar tournament, imbagħad naqset milli tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja.

Burkina Faso qed ifittxu l-ewwel titlu fi 13-il tentattiv, immexxija minn wara mid-difensur se­ren ta’ Leverkusen, Edmond Tapsoba, wieħed mill-players ewlenin tat-team Ġermaniż dan l- ista­ġun.

Iż-“Żwiemel” spiċċaw ir-raba’ fl-2021 wara li kklassifikaw fit-tielet post fil-kampjonat pre­ċedenti u fit-tieni post fl-2013.

GRUPP E

(Tuneżija, Mali, Afrika t’Isfel, Namibja)

Kemm it-Tuneżija kif ukoll l-Afrika t’Isfel qed ifittxu li jirbħu t-titlu għat-tieni darba wara reb­ħiet fl-2004 u fl-1996, rispettivament.

It-Tuneżija jittamaw fil-captain ta’ esperjenza, Youssef Msakni għall-goals, u huma b’saħħit­hom f’nofs il-ground b’Ellyes Skhiri ta’ Eintracht Frankfurt, Hannibal Mejbri ta’ Manchester Uni­ted u Aissa Laidouni ta’ Union Berlin jipprovdu l-pjattaforma għall-attakk tat-team.

L-Afrika t’Isfel se tkun immexxija minn Percy Tau, attakkant li jilgħab fil-kampjonat Eġizzjan ma’ Al Ahly, filwaqt li l-veteran Themba Zwane kien inkluż fl-iskwadra wara li inizjalment kien injorat mill-coach Belġjan, Hugo Broos.

Broos, li mexxa lill-Kamerun għat-titlu fl-2017, qal li kien żball li ħalla barra lil Zwane li llum għandu 34 sena meta ħa f’idejh lil “Bafana Bafana” f’Mejju 2021, iżda kien qed jipprova jagħti prijorità lill-players żgħażagħ.

GRUPP F

(Marokk, Kongo, Żambja, Tanżanija)

Wara li s-sena l-oħra saru l-ewwel team Afrikan li laħaq is-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, il-Marokk issa qed jittamaw li jżidu biss it-tieni titlu tat-Tazza tal-Afrika.

It-team ta’ Walid Regragui għeleb lill-Belġju, Spanja u l-Portugall qabel ma tilfu kontra l-fina­listi eventwali, Franza, fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.

Regragui kellu inqas minn sitt xhur meta l-”Atlas Lions” rebħu l-unika Tazza tal-Afrika tagħhom f’1976. Issa qed jimmira għal ripetizzjoni, megħjun mill-istilla ta’ Paris St-Germain, Ach­raf Hakimi, minn wara.

Il-Kongo qed jieħdu sehem għall-20 darba u qed jagħmlu tentattiv għat-tielet titlu wara reb­ħiet fl-1968 u fl-1974.

Żambja, li rebħu t-trofew fl-2012, huma mmex­xija minn Avram Grant, li mexxa lill-Ghana għall-finali fl-2015, imbagħad ir-raba’ post sen­tejn wara.

Sport