Monday, June 1, 2026

Aġġornament dwar l-isplużjoni fin-Naxxar: Żewġt irġiel bi ġrieħi ħfief

Aqra wkoll

Kif spjegat mill-uffiċjal tal-midja tal-pulizija fuq il-post iżjed kmieni, il-pulizija kkonfermat mal-persuna inkarigat minn din il-kamra tan-nar, li l-ħaddiema liċenzjati tal-post ġew ikkuntattjati u kkonfermaw li ħadd minnhom ma kien fil-post fil-ħin tal-inċident.

Raġel ta’ 67 u ieħor ta’ 47 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar u li kienu f’għelieqi flinħawi waqt l-isplużjoni ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fost oħrajn minħabba xokk, fejn it-tnejn ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija bl-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-istaff mediku għadhom fuq il-post sabiex jassiguraw is-sigurtà tal-inħawi.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D. qed imexxi l-inkjesta, filwaqt li l-appell jibqa’ biex il-pubbliku jevita ż-żona.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport